Description
Marku Falzun, għalkemm studja barra minn Malta, qatt ma wera ħajra biex jilħaq il-Mexxej ewlieni tal-Gżira kif xtaqu missieru. Hu kien iħalli ’l niesu u l-kbarat l-oħra mħalltin magħhom iħabirku biex jiksbu t-tmexxija tal-pajjiż u jogħlew dejjem aktar fil-ġieħ. Għalkemm qatt ma ċaħad ’l niesu, qatt ma kien jissieħeb magħhom fil-ġlied. Il-hena tiegħu kien meta jisfa waħdu magħluq għalih fil-librerija jqalleb il-kotba għax ma kellux ġibda oħra ħlief it-tagħlim.