Description
Dan il-ktieb tat-taħriġ fih l-ittri kollha tal-alfabett Malti. Kull ittra talalfabett miktuba żgħira u kbira jew kapitali. Kull ittra tal-alfabett hi marbuta ma’ ritratt ikkulurit ta’ oġġett, u b’ kelma b’daqs kbir miktuba taħtu. B’hekk it-tfal għandhom jitgħallmu u jiftakru l-ittri tal-alfabett b’mod ħafif u malajr .
Din is-sensiela ta’ kotba u materjal edukattiv hi maħsuba bil-għan li t-tfal u l-għalliema tagħhom ikollhom għodda siewja fit-tagħlim tal-Malti tal-bidu. F’dawn is-snin, it-tagħlim tal-Malti, jistrieħ fuq ħakma tajba u l-fehem tal-ittri tal-alfabett, kemm żgħar kif ukoll kbar.