Description
Dan il-ktieb tat-taħriġ hu gwida għall-kitba tal-ittri kollha tal-alfabett u n-numri bejn il-linji. Kull ittra tal-alfabett miktuba żgħira u kbira. Kull ittra tal-alfabett hi marbuta ma’ ritratt ikkulurit ta’ oġġett, u taħtu kelma b’daqs kbir miktuba bejn il-linji. B’hekk it-tfal għandhom jitgħallmu jiktbu l-ittri tal-alfabett u n-numri bejn il-linji b’mod ħafif u malajr.
Din is-sensiela ta’ kotba u materjal edukattiv hi maħsuba bil-għan li t-tfal u l-għalliema tagħhom ikollhom għodda siewja fit-tagħlim tal-Malti tal-bidu. F’dawn is-snin, it-tagħlim tal-Malti, jistrieħ fuq ħakma tajba u l-fehem tal-ittri tal-alfabett, kemm żgħar kif ukoll kbar.