Description
MaltiMedja hija sensiela ta’ qari b’taħriġiet f’kuntest, immirata li timraħ fuq medda wiesgħa li tkopri rotta 3 tal-livelli kollha fis-Sekondarja Medja. Dan kollu abbażi tal-kisbiet mit-tagħlim tal-ħiliet tal-Malti, skont kif preżentat fis-sillabu aħħari.
MaltiMedja għandu siltiet għall-qari segwiti b’taħriġiet f’kuntest, bil-għan li jwasslu għal ħiliet bażiċi, fosthom il-grammatika u l-ortografija, fehim it-test, kitba kreattiva, taħdit u smigħ.
MaltiMedja jiffaċilita t-tagħlim u jilħaq il-miri għall-istudenti f’dawn ir-rotot u fl-istess ħin iservi ta’ għodda siewja f’idejn l-għalliema u l-ġenituri, sabiex ikopru firxa wiesgħa ta’ dak mitlub fis-sillabu.