Description
F’dan il-ktieb l-awtur Ġużé Bonnici niseġ ġrajja fuq żmien il-Feniċi, l-ewwel nies li l-istorja ta’ Malta tgħarrafna xi ħaġa fuqhom. Skond l-arkeoloġi ta’ żmienna, nafu li l-Feniċi kienu għażlu lil Marsaxlokk bħala belt ewlenija tagħhom, billi hemm, fuq il-Għolja tas-Silġ, instabu fdalijiet ta’ maqdes kbir li kien il-Maqdes ta’ Melkart. Madwar dan il-maqdes kienu jgħixu n-nies ta’ dak iż-żmien li kienu magħrufin bħala l-aħjar baħħara u nissieġa. Din il-ġrajja hija mibnija fuq dawn in-nies u madwar dan il-maqdes.