Description
Il-kitba letterarja ta’ Victor Fenech, sew jekk proża u jekk poeżija, hi miżgħuda
b’esperimenti stilistiċi u protesta soċjali. Din is-sħuħija tħaddan il-kumplessità tal-individwu fis-soċjetà.
Għaldaqstant l-awtur jikkaratterizza l-kontemporanjetà u l-valuri estetiċi tal-moderniżmu.
Il-letteratura ta’ Fenech mhix biss kritika iebsa tal-kontemporanjetà, imma hija wkoll sfog muġugħ ta’ lment personali kontra l-ħajja; hekk toffrilna perspettiva oħra fuq ir-relazzjonijiet soċjali li nsibu madwarna.
Prof. Charles Briffa