Tad-Demm u l-Laħam

12.00

Steve Borg

Year: 2021

Format: Paperback

Language: Maltese

ISBN: 978-99932-7-825-2

In stock

SKU: 978-99932-7-825-2 Categories: , Tags: , ,

Description

Irrakkuntati fl-ewwel persuna, dawn in-novelli jlaqqgħuna ma’ karattri li jinqabdu f’qagħdiet u f’waqtiet varji tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Fihom jispikkaw l-elementi ta’ ansjetà, makakkerija, ironija, traġedja u kummiedja, ġustizzja poetika, kif ukoll il-vinjetti ta’ kunflitti bejn l-individwi u l-klassijiet soċjali li ġejjin minnhom — distinzjonijiet li Borg iqaxxar f’dawn il-kitbiet b’mod skjett. F’dan is-sens, fost l-oħrajn, dawn huma stejjer soċjali: rakkonti li fihom ngħixu, fost l-oħrajn, l-avventura mqarba ta’ żagħżugħ Malti impjegat biex jieħu ħsieb klijenti fil-villaġġ turistiku ta’ Zermatt fl-Iżvizzera (‘Il-Ħarba Żvizzera’), l-istorja ta’ ġustizzja poetika li għandu x’jirrakkonta żagħżugħ ieħor, din id-darba inkarigat mill-ħarsien u t-tindif ta’ pixxina f’lukanda fin-Nofsinhar ta’ Malta (‘Le Charlie, Taqbiżx fil-Pool!’), l-osservazzjonijiet soċjali ta’ raġel waqt vjaġġ fuq tal-linja fin-novella ‘Illum Bakkart’, il-miżavventura ta’ tifel qed iġorr dixx patata l-forn f’‘Il-Konvoj tar-Raħal’ u l-ġustizzja li żewġt iħbieb anzjani mill-Belt, li għexu l-bumbardamenti tal-għadu fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, iwettqu fuq il-barbariżmu tal-preżent fl-istorja ‘It-Tfal tal-Eroj’ — forsi waħda mill-aktar rakkonti qawwija f’din il-ġabra. 

Norbert Bugeja, Università ta’ Malta

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 13.5 × 20.5 cm
Format

Language

Year

2021

Pages

You may also like…