Description
Il-Misteru tal-Kunvent huwa s-sitt rumanz minsuġ mill-pinna tal-Professur George A. Said-Zammit. L-istorja l-tippreżenta tema u stil differenti għall-aħħar. Filwaqt li l-isfond tan-narrattiva huwa msejjes f’Malta fit-tieni nofs tas-seklu tmintax, dan ir-rumanz storiku-soċjali jirrakkonta ġrajja ta’ qtil makabru li seħħ f’Valletta fil-bidu tas-sena 1755 f’ċirkustanzi tabilħaqq misterjużi. B’Malti mexxej u sabiħ, u b’narrattiva mhux tas-soltu, iżda li xorta waħda żżomm lill-qarrej fuq ix-xwiek, Il-Misteru tal-Kunvent hi ġrajja li tappella għal kategorija wiesgħa ta’ qarrejja li jħobbu l-ktieb Malti.