Description
IL-KTIEB TAL-POEZIJA MALTIJA (Vols. 1 + 2) jiġbor fih ix-xogħlijiet I-aktar rappreżentativi mill-bidu sas-seklu għoxrin, imqassmin f’ordni kronoloġiku biex jagħtu dehra sħiħa tal-ġrajja kollha. It-tfassil tal-volumi jinkludi l-kxif ta’ versi qodma mhux magħrufa, u l-għarfien tal-versi u I-poeti li jagħtu l-aħjar xhieda tal-ispirtu poetiku Malti. Dawn il-volumi huma miġbura u mistħarrġa kritikament minn Dr. Oliver Friggieri. Il-kompilazzjoni ta’ din l-antologija hi magħmula fid-dawl tar-riċerka tiegħu fuq il-letteratura Maltija, li hu kiteb l-istorja kritika tagħha.
Dawn iż-żewġ volumi huma diffiċli biex issibhom. Il-kundizzjoni tagħhom hi tajba imma mhux perfetta.














