Description
Ġabra ta’ poeżiji ta’ Josep Aquilina. Dawn il-poeżiji huma mdebbħa mill-mixja tiegħu. Joe Aquilina twieled il-Mellieħa fit-2 ta’ Jannar, 1956. Attenda l-iskola primarja tal-Mellieħa u fis-sekondarja, is-Seminarju, il-Furjana, u Savio College, Ħad-Dingli. Studja fl-iskola tal-infermiera mnejn laħaq staff nurse. Ħadem ta’ infermier ħajtu kollha. Wara li żżewweġ, emigra l-Awstralja fl-1982, fejn kompla jaħdem ta’ infermier għal erbatax-il sena oħra. Irritorna Malta bil-familja u ssokta jaħdem fl-Isptar Monte Carmeli. Illum irtirat u pensjonant. Miżżewweġ lil Maria u għandu sitt itfal. Beda jikteb il-poeżiji sa mill-1973 inkoraġġit minn Dun Ġorġ Mercieca.












