Fuq il-Passi ta’ Vassalli

39.00

Joseph P. Borg (ed)

Year: 2018

Format: Paperback

Language: English

In stock

Description

Din il-pubblikazzjoni tiġbor fiha sitta u tletin kontribuzzjoni li wħud minnhom jitfgħu dawl ġdid fuq Vassalli, fosthomil-ħarba mill-ħabs fi żmien l-Ordnimeta kien fil-Gwardja Nazzjonali fi żmien il-Franċiżi, kif qatta’ parti mill-eżilju f’Majorkau li l-Cambridge University Press kienu se jippubblikawlu t-tieni grammatika. Il-volum jinkludi wkoll għadd sabiħ ta’ ritratti li jinkludu dokumenti u riproduzzjoni bil-kulur ta’ ktejjeb rari (u ftit magħruf). Dettalji bijografiċi ta’ Vassalliflimkien mal-għejun tagħhom jikkumplimentawdan il-ktieb li għandu jkun f’idejn l-istudjużi tal-Malti kif ukoll dawk li għandhom għal qalbhom l-Istorja ta’ pajjiżna.

\Fuq il-Passi ta’ Vassalli huwa pubblikazzjoni tal-Klabb Kotba Maltin u qed jinbiegħ bil-prezz speċjali ta’ €39 għal dawk li jabbonaw minn issa. Il-prezz tal-ktieb fil-ħwienet se jkun €45.

BORD EDITORJALI: Joseph P. Borg, Dr George Farrugia, Victor Fenech u Dr Olvin Vella  

Il-kontributuri jinkludu: Joan Abela, David Agius Muscat, Mons. Ġwann Azzopardi, Karmenu Bonavia, Giovanni Bonello, Joseph P. Borg, Anna Borg Cardona, Michael Buhagiar, Paul Catania, Mario Cassar, Ġuż. Cassar Pullicino, Frans Ciappara, Mark Anthony Falzon, Victor Fenech, Henry Frendo, Albert Ganado, Henry-Franz Gauci, Liam Gauci, Hugh A. Mallia, Ersilio Michel, Manwel Mifsud, Ivan Said, Paul Sciberras, Richard Spiteri, Olvin Vella, Charles Xuereb, Trevor Żahra, William Zammit, u Theresa Zammit Lupi.

Additional information

Dimensions 23.5 × 15.5 cm
Format

Language

Year

2019