Dizzjunarju tat-Termini Letterarji

45.00

Oliver Friggieri

Year: 2010

Format: Dutchbound

Language: Maltese

ISBN: 978-99932-7-296-0

In stock

Description

Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta’ termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sa l-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini ktiriċi ta’ xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabularju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha, L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, i dan iwassal biex id-dizzjunarju jista’ jkun ikkonsultat minn kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b’eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub b’mod li jista’ jkun ta’ fejda f’livelli differenti ta’ l-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma. F’din l-edizzjoni l-ġdida mkabbra l-Professur Oliver Friggieri qiegħed idaħħal għadd kbir ta’ termini ġodda. Bħal fil-każ tat-termini l-oħrajn, ħafna minnhom qegħdin jidhru bil-Malti għall-ewwel darba u huma mogħtijin il-forma standardizzata mill-awtur.

Additional information

Weight 800 g
Dimensions 15.0 × 21.5 cm
Format

Language

Year

2010

Pages

You may also like…