Description
Ktieb li jispirak. Minn meta jitwieled, il-bniedem jibda jipprova jiskopri l-veru sens tal-ħajja. Jibda jistaqsi ċertu affarijiet biex bihom jiskopri għalfejn twieled u għaliex jeżisti, bħal “Minn fejn ġejt?” “Għalfejn qed ngħix?” u l-mistoqsija l-iktar popolari “Veru jeżisti Alla?” Sfortunatament fil-ħajja mhux kollox hu ward u żahar, u għalhekk xi kultant insibu rwieħna f’mumenti diffiċli li bihom nibdew insibuha bi tqila nkomplu naraw is-sabiħ talħajja. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-bniedem jibda jistaqsi dik l-aħħar mistoqsija, jistaqsi għalfejn il-ħajja hija daqshekk diffiċli u, xi kultant, sfortunatament, jeħodha m’Alla, tant li f’xi mumenti, minflok jersaq aktar lejH, iwaħħal fiH talli sab ruħu f’dan l-istat.