Bejn Bejnejn

12.00

Walid Nabhan

 

Year: 2019

Format: Paperback

Language: Maltese

ISBN: 978-99932-7-738-5

In stock

Description

“Ma ssikkajtx is-seat belt sieħbi!” qalli b’apoloġija marittima wara li induna kemm jien mifxul. Instema’ t-tvenvin tar-roti huma u joħorġu mill-ħoġra tagħhom.

“Qegħdin viċin l-art. Daqt inkunu fuqha,” għedtlu konfuż. “Dan li dejjem kont noħlom u qatt ma lħaqt. Xejn ma jista’ jagħmik daqs il-ġeografija. Hemm aktar affarijiet li taħsibhom ġraw mingħajr ma jkunu. Jien. Int. L-ajruplan. Il-passiġġieri l-oħra. Is-sħab. Il-kaxxa s-sewda. L-aħħar għaxar sekondi tat-titjira…” Kont qed inħares mit-tieqa tal-ajruplan. Kien hemm popolin sħiħ fi triqithom lejn il-magħmudija divina. Kienu kollha għarwiena. Bħat-trabi. Bħal Alla nnifsu.

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 20.5 × 13.5 cm
Format

Language

Year

2019

You may also like…