Description
Dan il-ktieb hu maħsub biex juri x-xogħol li jagħmlu l-bidwi, it-taħħan u l-furnat biex il-qamħa ssir dqiq li jsir ħobż. Ħafna xogħol li ftit jidher. Dan il-ktieb juri l-proċess tradizzjonali ta’ kif isir il-ħobż u, għalkemm illum il-metodu sar aktar industrijali, ix-xogħol involut baqa’ l-istess. Dan il-ktieb sar bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u tal-Maypole.