Description
Il-Bużu xtaq isir plejer tal-futbol bħal dawk tat-televixin. Iżda l-papà qallu li biex isir bħalhom irid ikollu ż-żarbuna maġika. Billejl ħolom ħolma sabiħa … biż-żarbuna msaħħra! U waqt il-ħolma beda jilgħab il-futbol bħall-plejers fuq it-televixin. Malli stenbaħ il-Bużu daħħalha f’rasu li se jsib iż-żarbuna msaħħra … Iżda fejn se jsibha? U x’kellu jagħmel biex il-ħolma tiegħu sseħħ tassew? Dan il-ktieb sar bil-kollaborazzjoni ta’ esperti fis-suġġett u tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.