Description
Ix-xogħol ta’ Alfons Maria Galea huwa qabel kollox xogħol soċjali, li joqgħod sewwa mal-ħidma siewja li għamel dejjem tul ħajtu kollha. Jekk għażel il-Malti bħala l-ilsien tas-sensiela, kien għaliex il-klassi tal-ħaddiema Maltin li magħha ried jaħdem ma kinitx taf ħlief bil-Malti. Galea ma kellux il-ħsieb li joħroġ sensiela letterarja, għalkemm kien jagħraf jagħżel xogħol miktub tajjeb b’Malti mħaddem b’sengħa ta’ mgħallem, u kien jippreferih. Għalhekk dan il-ktieb jittratta l-aspett soċjali qabel kollox, għalkemm wieħed isib fih ukoll apprezzament letterarju tal-kotba.